Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » PDA version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ninsab'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ninsab'

Total found: 11
Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghat-talb. Jalla t-talb ghalikom ikun bhal dik iz-zerriegha li intom tqieghdu f' qalbi u li Jien nghaddihielkom lil Gesu ghas-salvazzjoni ta' rwiehkom. Nixtieq tfal ckejknin li lkoll kemm intom issiru thobbu l-hajja eterna li hi l-futur taghkom, u li l-affarijiet tad-dinja jkunu ghalikom ta' ghajnuna sabiex iqarrbukom iktar lejn Alla l-Hallieq. Ninsab maghkom daqshekk fit-tul ghax qeghdien fuq il-moghdija l-hazina. Bl-ghajnuna tieghi biss, tfal ckejknin, tistghu tifthu ghajnejkom. Hemm hafna li bl-ghixien tal-messaggi li qed naghtikom qed jifhmu li jinsabu fuq it-triq tal-qdusija lejn l-eternita. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
Gheziez uliedi! Ninsab hawn fostkom. Qed inhares fil-qlub imwegga' u bla kwiet taghkom. Tinsabu mitlufa wliedi. Il-griehi minhabba dnubietkom qed jikbru iktar u qed ibieghedukom iktar mill-verita tassew. Qed tfittxu t-tama u l-konsolazzjoni fil-postijiet il-hziena filwaqt li jien qed noffrilkom devozzjoni sinciera msahha bl-imhabba, bis-sagrificcju u bil-verita. Jien qed naghtikom lil Ibni.
Gheziez uliedi, qed nigi bl-imhabba materna tieghi biex nurikom it-triq li fuqha ghandkom timxu halli intom tkunu kollha dejjem iktar bhal Ibni; u b' hekk tkunu eqreb u iktar ghal qalb t' Alla. Tirrifjutawx imhabbti.Tichdux is-salvazzjoni u l-hajja ta' dejjem minhabba f' dak kollu li jghaddi u l-frivolitajiet tal-hajja. Jiena ninsab fostkom biex immexxikom u bhala omm, inwissikom. Ejjew mieghi.
Gheziez uliedi, b' qalb materna llum qed insejhilkom biex titghallmu tahfru kompletament u bla ebda kundizzjonijiet. Intom tbatu ingustizzja, tradimenti u persekuzzjonijiet, izda b' dan intom eqreb u eghzez ghal Alla. Gheziez uliedi, itolbu ghad-don ta' l-imhabba. L-imhabba biss tahfer kollox, bhalma Ibni jahfer - imxu warajh. Jiena ninsab fostkom u qed nitlob sabiex meta intom tigu quddiem il-Missier tkunu tistghu tghidu, 'Hawn jien Missier, jien imxejt wara Ibnek, kelli l-imhabba u hfirt mill-qalb ghax jien emmint fil-gudizzju tieghek u afdajtek.' Grazzi.
Gheziez uliedi! Illum ukoll ninsab fostkom biex nurikom it-triq li se tghinkom tgharfu l-imhabba ta' Alla, l-imhabba ta' Alla li tippermettilkom ssejhulu Missier u li tqisuh bhala Missier. Nitlobkom sabiex sincerament tharsu lejn qlubkom u taraw kemm tassew thobbuH. Huwa l-ahhar wiehed li qed jigi mahbub? Imdawwra minn tant affarijiet materjali, kemm-il darba ttradejtuH, chadtuH u nsejtuH? Uliedi, tidhkux bikom infuskom permezz tal-gid materjali! Ahsbu f' ruhkom ghax hija iktar importanti minn gisimkom; nadfuha. Sejhu lill-Missier, Hu qed jistennikom. Ergghu lura lejH. Jiena maghkom ghaliex Hu, fil-Hniena tieghU, qed jibghatni. Grazzi.
Gheziez uliedi, illum qed insejhilkom sabiex, b' fiducja shiha u b' imhabba, tigu timxu mieghi, ghax jien nixtieq nlaqqghakom ma' Ibni. La tibzghux uliedi, jiena ninsab hawn maghkom, jiena ninsab ma' genbkom. Jiena qed nurikom it-triq kif tahfru lilkom infuskom, kif tahfru lil ohrajn, u b' soghba sinciera f' qalbkom, tinzlu gharkubtejkom quddiem il-Missier. Mewtu minn gewwa fikom kull ma jtellifkom milli thobbu u ssalvaw - halli tkunu tistghu tkunu Mieghu u fiH. Iddeciedu ghal bidu gdid, ghal bidu ta' mhabba sinciera lejn Alla nnifsu. Grazzi.
Gheziez uliedi, f' dan iz-zmien specjali ta' sforz minn naha taghkom biex tkunu iktar eqreb ta' Ibni, lejn it-tbatija tieghu, izda anke lejn l-imhabba li biha ssaportiha, nixtieq nghidilkom li Jiena ninsab maghkom. Jiena nghinkom tirbhu fuq l-izbalji u t-tentazzjonijiet permezz tal-grazzja tieghi. Jiena nghallimkom l-imhabba, imhabba li timsah 'l hemm id-dnubiet kollha u li taghmilkom perfetti, imhabba li taghtikom il-paci ta' Ibni issa u dejjem. Paci maghkom u fikom ghax jien is-Sultana tal-Paci. Grazzi.
Għeżież uliedi, ninsab ma' ġenbkom għax nixtieq ngħinkom tgħelbu l-provi li dan iż-żmien ta' purifikazzjoni jpoġġi quddiemkom. Uliedi waħda minnhom hi li ma taħfrux u li ma titolbux maħfra. Kull dnub joffendi l-Imħabba u jbiegħedkom minnha - u l-Imħabba hu Ibni. Għaldaqstant uliedi, jekk intom tixtiequ timxu miegħi lejn il-paċi ta' l-imħabba ta' Alla, tridu titgħallmu taħfru u titolbu maħfra. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi, illum qed nitlob hawn magħkom sabiex tkunu tistgħu tiġbru s-saħħa li tiftħu qlubkom u hekk ssiru konxji tal-qawwa ta' l-imħabba ta' Alla li qed ibati. Permezz ta' din l-imħabba, tjubija u ġentilezza tiegħu, jiena wkoll ninsab magħkom. Nistedinkom għal dan iż-żmien speċjali ta' preparazzjoni sabiex ikun żmien ta' talb, ta' penitenza u ta' konverżjoni. Uliedi, għandkom bżonn ta' Alla. Ma tistgħux timxu 'l quddiem mingħajr Ibni. Meta tifhmu u taċċettaw dan, dak li kien imwiegħed lilkom iseħħ. Permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, is-Saltna tas-Sema titnissel fi qlubkom. Jiena qed immexxikom lejn dan. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]