Our Lady of Medjugorje Messages containing 'jeqred'
Total found: 2 “Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi. ”
“Għeżież uliedi! Illum insejħilkom sabiex titolbu u ssumu għall-intenzjonijiet tiegħi għaliex satana jrid jeqred il-pjan tiegħi. Hawn bdejt b' din il-parroċċa u stedint lid-dinja kollha. Ħafna wieġbu iżda hemm numru enormi li ma jridux jisimgħu u jilqgħu s-sejħa tiegħi. Għalhekk intom li għidtu 'iva', ibqgħu b' saħħitkom u sodi. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi. ”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose