Our Lady of Medjugorje Messages containing 'għandi'
Total found: 2 “Għeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom kollha u b' ruħkom kollha. Itolbu għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu. Itolbu għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb. Itolbu biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu x-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi. ”
“Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi. ”
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
To compare Medjugorje messages with another language versions choose