Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » PDA version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'fikom'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'fikom'

Total found: 8
Gheziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
Il-Madonna ziedet : "Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
Gheziez uliedi, illum qed insejhilkom sabiex, b' fiducja shiha u b' imhabba, tigu timxu mieghi, ghax jien nixtieq nlaqqghakom ma' Ibni. La tibzghux uliedi, jiena ninsab hawn maghkom, jiena ninsab ma' genbkom. Jiena qed nurikom it-triq kif tahfru lilkom infuskom, kif tahfru lil ohrajn, u b' soghba sinciera f' qalbkom, tinzlu gharkubtejkom quddiem il-Missier. Mewtu minn gewwa fikom kull ma jtellifkom milli thobbu u ssalvaw - halli tkunu tistghu tkunu Mieghu u fiH. Iddeciedu ghal bidu gdid, ghal bidu ta' mhabba sinciera lejn Alla nnifsu. Grazzi.
Gheziez uliedi, f' dan iz-zmien specjali ta' sforz minn naha taghkom biex tkunu iktar eqreb ta' Ibni, lejn it-tbatija tieghu, izda anke lejn l-imhabba li biha ssaportiha, nixtieq nghidilkom li Jiena ninsab maghkom. Jiena nghinkom tirbhu fuq l-izbalji u t-tentazzjonijiet permezz tal-grazzja tieghi. Jiena nghallimkom l-imhabba, imhabba li timsah 'l hemm id-dnubiet kollha u li taghmilkom perfetti, imhabba li taghtikom il-paci ta' Ibni issa u dejjem. Paci maghkom u fikom ghax jien is-Sultana tal-Paci. Grazzi.
Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet: "Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Għeżież uliedi! B' imħabba materna jiena nixtieq niftaħ il-qalb ta' kull wieħed u waħda minnkom u ngħallimkom l-unjoni personali mal-Missier. Biex taċċettaw dan, tridu tifhmu li intom importanti għal Alla u li qed isejħilkom individwalment. Tridu tifhmu li talbkom huwa konverżazzjoni ta' tfajjel ma' Missieru; li l-imħabba hi t-triq li għandkom tterrqu - imħabba lejn Alla u lejn il-proxmu. Din hi, uliedi, l-imħabba li m' għandhiex limiti, din hi l-imħabba li toħroġ mill-verita' u li tibqa' sejra sa' l-aħħar. Imxu warajja wliedi sabiex anke oħrajn, meta jgħarfu il-verita' u l-imħabba fikom, isegwukom. Grazzi.
Għal darb' oħra l-Madonna talbitna nitolbu għar-rgħajja tagħna u qalet: "Għandhom post speċjali f' qalbi. Huma jirrapreżentaw lil Ibni."
Għeżież uliedi! Jalla dan iż-żmien ikun għalikom żmien ta' talb u skiet. Serrħu l-ġisem u r-ruħ tagħkom, jalla jkunu fl-imħabba ta' Alla. Ippermettuli tfal ċkejknin, sabiex immexxikom, iftħu qlubkom lill-Ispirtu s-Santu biex dak kollu li hu tajjeb fikom iwarrad u jagħti l-frott għall-mitt darba. Ibdew u temmu l-jum b' talb bil-qalb. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]