Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » PDA version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'dlam'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'dlam'

Total found: 8
Gheziez uliedi! Filwaqt li barka kbira mis-Sema qed tigi mifruxa fuqkom, qlubkom jibqghu iebsa u bla ebda twegiba. Uliedi, ghaliex ma taghtuniex qlubkom kompletament? Kull ma rrid huwa biss li Jien inqieghed fihom paci u salvazzjoni - Ibni. Flimkien ma' Ibni, ruhkom tkun indirizzatha lejn ghanijiet nobbli u intom ma tintilfu qatt. Anke fl-eqqel dlam intom issibu t-triq. Uliedi ddecidu ghall-hajja gdida b' isem Ibni fuq xuftejkom. Grazzi.
Skond Mirjana l-Madonna dehret qalbha sewda u tat biss dan il-messagg u l-barka taghha:
Gheziez uliedi! Issa diga ili ghal hafna zmien noffrilkom il-qalb materna tieghi u lil Ibni. Intom qeghdien tirrifjutawni. Qed thallu lid-dnub jahkimkom dejjem iktar u iktar. Qed thalluh isir is-sid taghkom u jnehhilkom il-qawwa tad-dixxerniment. Tfal foqra tieghi, harsu madwarkom u araw is-sinjali taz-zminijiet.Tahsbu li tistghu tghaddu minghajr il-barka t' Alla? Thallux lid-dlam jaghlaqkom. Minn qiegh qalbkom sejhu lil Ibni. Ismu jkecci anke l-izjed lejl mudlam. Jiena nkun maghkom, sejhuli biss, 'Ahna hawn Ma, mexxina.' Grazzi.
Gheziez uliedi, b' imhabba materna llum nsejhilkom biex tkunu fanal ghall-erwieh kollha li jterrqu fid-dlam ta' l-injoranza fuq l-imhabba ta' Alla. Sabiex tixeghlu iktar u tigbdu aktar erwieh, thallux kull mhuwiex veru li johrog minn fommkom isiktilkom il-kuxjenza. Kunu perfetti. Jiena qed immexxikom b' id materna - id ta' mhabba. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.

Reflection of message

Għeżież uliedi! Illum insejħilkom għal umli, uliedi, umli devozzjoni. Qlubkom iridu jkunu retti. Jalla s-slaleb tagħkom ikunu l-mezzi fil-battalja kontra d-dnubiet taż-żminijet ta' llum. Jalla l-arma tagħkom tkun il-paċenzja u mħabba bla limiti - imħabba li taf tistenna u li tagħmilkom kapaċi tgħarfu s-sinjali ta' Alla - ħalli ħajjitkom, bl-imħabba umli, tkun tista' turi l-verita' lil dawk kollha li jfittxuha fid-dlam tal-gideb. Uliedi, appostli tiegħi, għinuni niftaħ il-mogħdijiet lil Ibni. Għal darb'oħra nitlobkom biex titolbu għar-rgħajja tagħkom. Ma' ġenbhom jien għad nittrijonfa. Grazzi.
Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-ferħ tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.
Għeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]