Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » PDA version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ċkejknin'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ċkejknin'

Total found: 8
Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb għalikom. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun għalikom sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant itolbu u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin kollha. Jalla huma jkunu għalikom eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Illum Jien u Ibni nixtiequ nagħtukom abbundanza ta' hena u ferħ sabiex kul wieħed minnkom jista' ikun messaġġier ferħan u xhud tal-paċi u l-hena fil-postijiet fejn tgħixu. Tfal ċkejknin, kunu barka u kunu sliem. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! In-natura qegħedha tistenbaħ, u fuq is-sigar l-ewwel żagħar li għad iġibu fjuri u frott mill-isbaħ qed jibdew jidhru. Jiena nixtieq li intom ukoll tfal ċkejknin taħdmu fuq il-konverżjoni tagħkom u tkunu dawk li jixhdu b' ħajjithom sabiex l-eżempju tagħkom ikun sinjal u inċentiv għall-konverżjoni fl-oħrajn. Jiena magħkom u quddiem Ibni ninterċedi għall-konverżjoni tagħkom. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi, it-talba tiegħi għalikom illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-mod biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi għalikom quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Jalla dan iż-żmien ikun għalikom żmien ta' talb u skiet. Serrħu l-ġisem u r-ruħ tagħkom, jalla jkunu fl-imħabba ta' Alla. Ippermettuli tfal ċkejknin, sabiex immexxikom, iftħu qlubkom lill-Ispirtu s-Santu biex dak kollu li hu tajjeb fikom iwarrad u jagħti l-frott għall-mitt darba. Ibdew u temmu l-jum b' talb bil-qalb. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]