Language 

Latest Message, Marzu 18, 2011 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet: "Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Marzu 2, 2011 (Other)
Marzu 25, 2011 (Monthly)
 
To compare Medjugorje messages with another language versions choose