Language 

Message, Marzu 18, 2010 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom kollha u b' ruħkom kollha. Itolbu għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu. Itolbu għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb. Itolbu biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu x-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi.
Marzu 2, 2010 (Other)
Marzu 25, 2010 (Monthly)
 
To compare Medjugorje messages with another language versions choose